Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo - il-Bulgarija) – Menidzherski biznes reshenia OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” – Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-572/11) 1

(Direttiva 2006/112/KE – VAT – Dritt għal tnaqqis –Rifjut – Taxxa msemmija fuq fattura – Twettiq effettiv ta’ tranżazzjoni taxxabbli – Assenza – Prova - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Menidzherski biznes reshenia OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” – Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Administrativen sad Veliko Tarnovo - Interpretazzjoni tal-Artikolu 203 moqri flimkien mal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Rifjut tad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT mid-destinatarju ta’ provvisti ta’ servizzi minħabba l-assenza ta’ provi ta’ kunsinni effettivi fir-rigward tal-fatturi - Verifika tal-istess fatturi fil-kuntest ta’ verifika fiskali min-naħa tal-fornitur li ma tat lok għal ebda aġġustament tal-VAT dovuta - Prinċipju ta’ newtralità fiskali

Dispożittiv

L-Artikoli 168(a) u 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiċċaħħad mid-dritt li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija f’din il-fattura meta t-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw din il-fattura fil-fatt ma twettqux, u dan anki jekk ma hemmx ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali peress li l-persuna li ħarġet l-imsemmija fattura ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud indikata fuqha. Hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq, skont ir-regoli nazzjonali dwar il-ġbir tax-xhieda, evalwazzjoni globali tal-elementi u taċ-ċirkustanzi fattwali kollha tal-kawża li tagħha hija adita sabiex tiddetermina jekk dan japplikax għall-każ tat-transazzjonijiet li l-fatturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirreferu għalihom.

____________

1 ĠU C 25, 28.01.2012.