Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Toufik Lounes vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-165/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Toufik Lounes

Konvenuta: Secretary of State for the Home Department.

Domandi preliminari

Meta persuna li għandha n-nazzjonalità Spanjola u hija ċittadin tal-Unjoni:

i.    tmur tgħix fir-Renju Unit fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha għall-moviment liberu skont id-Direttiva 2004/38/KE 1 ; u

ii.    tirrisjedi fir-Renju Unit fl-eżerċizzju tad-dritt li jipprovdilha l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38/KE; u

iii.    sussegwentement tikseb iċ-ċittadinanza Brittanika, li hija tippossjedi flimkien maċ-ċittadinanza tagħha Spanjola bħala ċittadinanza doppja; u

iv.    bosta snin wara li tikseb iċ-ċittadinanza Brittanika, tiżżewweġ ċittadin ta’ pajjiż terz li miegħu tirrisjedi fir-Renju Unit;

hija u l-konjuġi tagħha t-tnejn li huma jibbenefikaw mid-Direttiva 2004/38/KE fis-sens tal-Artikolu 3(1) meta hija tirrisjedi fir-Renju Unit u għandha kemm iċ-ċittadinanza Spanjola kif ukoll dik Brittanika?

____________

1 Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).