Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2011 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-142/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwi Ċek, Estonjan, Ungeriż, Litwan, Latvjan, Malti, Pollakk, Slovakk u Sloven fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2010 kif ukoll id-deċiżjoni sussegwenti tas-7 ta’ Ottubru 2011;

jikkundanna lill-Kunsill iħallas id-danni lir-rikorrent;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.