Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fit-18 ta’ Awwissu 2021 – FU vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)
(Kawża C-505/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FU
Konvenut: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)
Domandi preliminari
L-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Dublin III”), jekk ikun il-każ moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-talba għal sospensjoni ordinarja, imressqa flimkien mar-rikors għal annullament kontra deċiżjoni ta’ trasferiment tal-applikant lejn Stat iddikjarat li huwa kompetenti sabiex jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, ma tissospendix l-eżekuzzjoni tat-trasferiment sal-għoti tad-deċiżjoni dwar l-imsemmija talba għal sospensjoni?
L-Artikolu 27(3) tar-Regolament Dublin III, jekk ikun il-każ moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-talba għal sospensjoni kontra deċiżjoni ta’ trasferiment tal-applikant lejn Stat Membru li huwa kompetenti sabiex jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tissospendi l-eżekuzzjoni tat-trasferiment sal-għoti tad-deċiżjoni dwar l-imsemmija talba għal sospensjoni biss jekk kemm il-darba t-talba għal sospensjoni titressaq b’urġenza estrema, meta l-applikant ikun suġġett għal miżura ta’ tkeċċija jew ta’ refoulement li l-eżekuzzjoni tagħha hija imminenti, b’mod partikolari meta huwa jkun qiegħed jinżamm f’detenzjoni jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-gvern, u jekk huwa jkun għadu ma talabx is-sospensjoni ordinarja tagħha fl-istess waqt mal-annullament tagħha?
____________
1 ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.