Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2009 - AECOPS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção, Obras Públicas e Serviços (AECOPS) (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. L. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tirrigwarda l-Fajl Nru 890771 P1, tal-21 ta' Ġunju 2005, li biha qed titnaqqas bi PTE 48 504 201 l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C(89) 0570, tat-22 ta' Marzu, filwaqt li teżiġi li tingħata l-ammont ta' PTE 53 310 198;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tad-dritt ta' smigħ minn qabel : ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni definittiva ta' tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja, li jirrifletti esklużjoni ta' formalità essenzjali li n-nuqqas ta' osservanza tagħha timplika l-annullament ta' din id-deċiżjoni.

Ksur tal-principju ta' ċertezza legali minħabba preskrizzjoni tal-proċedura u dewmien eċċessiv għall-adozzjoni ta' deċiżjoni.

Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni: id-deċiżjoni kkontestata ma tesponix, lanqas fil-qosor, ir-raġunijiet li taw lok għat-tnaqqis fl-għajnuna.

____________