Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2014 – EPAW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/13) 1

(“Rikors għal annullament — Persuna ġuridika rregolata taħt id-dritt privat — Assenza ta’ prova ta’ eżistenza ġuridika — Artikolu 44(5)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Platform Against Windfarms (EPAW) (rappreżentant: C. Kiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Herrmann u P. Oliver, sussegwentement L. Pignataro Nolin, K. Herrmann u J. Tomkin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu “L-Enerġija Rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija”, tas-6 ta’ Ġunju 2012, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2013 li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex hija teżamina mill-ġdid l-imsemmija komunikazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Platform Against Windfarms (EPAW) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 207, 20.07.2013