Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 – Spain Doce 13 vs UASI – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF)

(Kawża T-359/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Spain Doce 13 (Crevillente, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Becerra Guibert (Alicante, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 1046/2012-5, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 522 384 relatata mal-prodotti u mas-servizzi li ġejjin:

Klassi 18: prodotti magħmula mill-ġilda u imitazzjoni tal-ġilda mhux inklużi fi klassijiet oħra;

Klassi 25: ħwejjeġ, żraben, kpiepel;

Klassi 35: servizzi ta’ bejgħ bl-imnut fil-kummerċ u servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ ħwejjeġ, żraben u aċċessorji;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VICTORIA DELEF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 522 384

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Becerra Guibert

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “VICTORIA”, “Victoria” u “victoria”, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009