Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2011 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-311/09 P) 

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors ta' spejjeż mediċi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ir-rimbors totali ta' ċerti spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent - Żnaturament - Obbligu ta' motivazzjoni - Ipproċessar - Att li jikkawża preġudizzju - Awtorità ta' res judicata - Lis pendens - Att konfermatorju")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-20 ta' Mejju 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-73/08, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 233, 26.09.2009.