Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awwissu 2009 - Fuller & Thaler Asset Management vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING)

(Kawża T-310/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fuller & Thaler Asset Management, Inc. (San Mateo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' April 2009 fil-Każ R 323/2008-G; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "BEHAVIOURAL INDEXING" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 36

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 billi l-Bord tal-Appell (i) żbalja fir-rigward tat-tifsira u s-sintassi tat-trade mark, kif ukoll fir-rigward tal-idoneità tagħha jew le bħala terminu deskrittiv immedjat u dirett għall-prodotti u s-servizzi inkwistjoni; (ii) naqas milli jistabbilixxi fatti ex officio li juru li t-trade mark Komunitarja kkonċernata kienet deskrittiva għall-pubbliku rilevanti, għalkemm ikkonkluda b'mod korrett li l-pubbliku rilevanti kien speċjalizzat; u (iii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku li abbażi tiegħu ngħatat din ir-raġuni għal rifjut u naqas milli jistabbilixxi abbażi tal-provi li kien hemm, fil-qasam speċjalizzat rilevanti, probabbiltà raġonevoli li negozjanti oħra f'dak il-qasam ikunu jridu jużaw it-trade mark Komunitarja kkonċernata fil-futur.

____________