Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2024 – Terranova Directorship u Wamos Air vs EUIPO – Vamos Motor Company (vamos)
(Kawża T-207/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Terranova Directorship SL (Madrid, Spanja), Wamos Air, SA (Madrid) (rappreżentant: J. M. Mora Cortés, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vamos Motor Company, SL (València, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “vamos” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 347 470
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 864/2023-1
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tilqa’ l-appell R 864/2023-1 ippreżentat minn Vamos Motor Company S.L., u għaldaqstant tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontenzjuża Nru 18 347 470 “vamos” (trade mark figurattiva) għas-servizzi kollha fil-klassi 39;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedura kollha, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________