Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011– Bowles, Larue u Whitehead vs BĊE

(Kawża F-114/10) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Aġġustament ġenerali tas-salarji – Metodu ta’ kalkolu – Data provviżorja – Kriżi ekonomika u finanzjarja – Ċirkustanzi speċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Dikjarazzjoni tar-remunerazzjoni – Att provviżorju)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Bowles, Emmanuel Larue u Sarah Whitehead (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti : L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti ta’ Jannar 2010 u tax-xhur ta’ wara, sa fejn dawn japplikaw żieda fis-salarju ta’ 2 %, wara l-eżerċizzju ta’ aġġustament tas-salarji għall-2010, kif ukoll għall-kumpens għad-danni materjali subiti mir-rikorrenti

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew li jiżdiedu bi 2% ir-remunerazzjonijiet ta’ C. Bowles, E. Larue u S. Whitehead mill-1 ta’ Jannar 2010, kif juru d-dikjarazzjonijiet tas-salarju tagħhom tax-xahar ta’ Jannar 2010 u tax-xhur ta’ wara, huma annullati.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 ĠU C 55, 19.02.2011, p. 37.