Language of document : ECLI:EU:T:2017:351





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – RW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-170/17 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Ħruġ fuq leave u rtirar – Età tal-irtirar – Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 21-24)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 25-27)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tqiegħed lil uffiċjal kemm fuq leave fl-interess tas-servizz u fuq irtirar mhux volontarju – Motiv li jirrigwarda l-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal – Motiv li prima facie ma huwiex infondat

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 42c u 52 u l-Anness XIII, Artikoli 22 u 23; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013, premessi 1, 3, 7 u 14)

(ara l-punti 29, 40, 43-46, 50, 57, 62)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti biex tiġġustifika l-urġenza

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

(ara l-punti 72, 73)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tqiegħed lil uffiċjal kemm fuq leave fl-interess tas-servizz u fuq irtirar mhux volontarju – Ċaħda definittiva tad-dritt tal-uffiċjal li jkompli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu sa tmiem il-karriera tiegħu – Natura irreparabbli tad-dannu

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 35, 42c u 47)

(ara l-punti 75, 81-88)

6.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tqiegħed lil uffiċjal kemm fuq leave fl-interess tas-servizz u fuq irtirar mhux volontarju – Prevalenza tal-interess tal-uffiċjal meta mqabbel ma’ dak tal-istituzzjoni

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

(ara l-punti 90, 93)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Marzu 2017, li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017.

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2017 li tqiegħed lil RW fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017 hija sospiża.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.