Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra JZ

(Kawża C-806/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 11 – Projbizzjoni fuq id-dħul – Ċittadin ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu ġiet imposta tali projbizzjoni, iżda li qatt ma telaq mill-Istat Membru kkonċernat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi piena ta’ priġunerija għas-soġġorn ta’ dan iċ-ċittadin f’dan l-Istat Membru waqt li huwa konxju tal-projbizzjoni tad-dħul maħruġa kontrih)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

JZ

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jissoġġornaw illegalment, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li piena ta’ priġunerija tista’ tiġi imposta fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment, li għalih il-proċedura ta’ ritorn stabbilita minn din id-direttiva tkun twettqet sa tmiemha, mingħajr madankollu ma l-persuna kkonċernata tkun effettivament telqet mit-territorju tal-Istati Membri, meta l-aġir ilmentat huwa ddefinit bl-għan ta’ permanenza illegali b’għarfien ta’ projbizzjoni tad-dħul, iddikjarat b’mod partikolari minħabba l-preċedenti kriminali tal-persuna kkonċernata jew il-perikolu li tirrappreżenta għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà nazzjonali, bil-kundizzjoni li l-aġir ilmentat ma jkunx iddefinit b’rabta ma’ ksur ta’ din il-projbizzjoni tad-dħul u li din il-leġiżlazzjoni tkun aċċessibbli, preċiża u prevedibbli biżżejjed fl-applikazzjoni tagħha sabiex jiġi evitat kull perikolu ta’ arbitrarjetà, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

____________

1     ĠU C 122, 01.04.2019.