Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Settembru 2012 - IG Communications vs UASI - Citigroup u Citibank (CITIGATE)

(Kawża T-301/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CITIGATE - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti li fihom l-element 'citi' - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Famija ta' trade marks - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu8(5) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IG Communications Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, u R. Beard, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Citigroup, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti); u Citibank, NA (New York) (rappreżentanti: iniżjalment minn V. von Bomhard, A. Renck, avukati, u H. O'Neill, solicitor, sussegwentement minn V. von Bomhard u A. Renck)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2009 (Każ R 821/2005-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa, Citigroup, Inc. u Citibank, NA u, min-naħa l-oħra, IG Communications Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

IG Communications Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009.