Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2012 - Yaqub vs UASI - It-Turkija (ATATURK)

(Kawża T-580/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: J. Yaqub (Nottingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Jenkins, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ir-Repubblika tat-Turkija

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tas-17 ta' Settembru 2012.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "ATATURK" għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 25, 29, 30 u 32 (Trade mark Komunitarja 4 633 434)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-Repubblika tat-Turkija

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienet ibbażata fuq raġunijiet għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(10(b) u (f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati: ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________