Language of document : ECLI:EU:T:2015:596





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2015 –
NIOC et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑577/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Entità infrastatali – Locus standi u interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Indikazzjoni u għażla tal-bażi ġuridika – Kompetenza tal-Kunsill – Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni – Kunċett ta’ entità assoċjata – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà”

1.                     Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Rikors ippreżentat minn estensjoni ta’ Stat terz – Rikors dirett kontra att li jistabbilixxi miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu – Ammissibbiltà (Artikolu 29 TUE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punti 33-37)

2.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 45)

3.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Setgħa tal-Kunsill, fil-qasam tal-miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, li jirrikorri għall-proċedura prevista fl-Artikolu 291(2) TFUE (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 TUE; Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(2)) (ara l-punti 55, 56)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Regolament dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran – Kompetenzi ta’ eżekuzzjoni rriżervati għall-Kunsill – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Każijiet speċifiċi u motivati (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2) u (3), u 46(2)) (ara l-punti 59-84)

5.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2010/413 – Inklużjoni (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(ċ), u 2012/635/PESK, Artikolu 1(8)(a)) (ara l-punti 93-97)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Interpretazzjoni uniformi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu (23)(2)(d)) (ara l-punti 103, 107)

7.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d), u Nru 1263/2012) (ara l-punt 112)

8.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Kriterji tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Assoċjazzjoni f’entità li tipprovdi appoġġ lil-Gvern Iranjan – Kunċett – Entitajiet li jappartjenu jew li huma kkontrollati minn entità li tappoġġja lill-Gvern Iranjan – Inklużjoni (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu (23)(2)(d)) (ara l-punti 114-116, 155, 175)

9.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ ristrett tar-regoli ġenerali – Kriterji tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Assoċjazzjoni ma’ entità li tappoġġja lill-Gvern Iranjan – Portata – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li tirrikjedi ċarezza, preċiżjoni u prevedibbiltà tal-effetti tal-regoli legali (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu (23)(2)(d)) (ara l-punti 124-127, 131, 132, 134-142)

10.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt tal-proprjetà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu (23)(2)(d)) (ara l-punti 145-147)

11.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra – Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012) (ara l-punti 164-166)

12.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Obbligu li jiġu ppreżentati provi u informazzjoni konkreta bil-għan li jiġu vverifikati (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d), u Nru 945/2012) (ara l-punti 177, 178)

13.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar tal-fondi ta’ persuni, organi u korpi irrikonoxxuti mill-Kunsill bħala parteċipanti fil-proliferazzjoni nukleari – Obbligu li din il-miżura tiġi estiża għal entitajiet miżmuma, ikkontrollati minn jew assoċjati f’tali entità – Kwalità ta’ entità miżmuma, ikkontrollata jew assoċjata – Implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni – Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)) (ara l-punti 179-182)

14.                     Drittijiet fundamentali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kamp ta' applikazzjoni – Invokazzjoni minn persuna ġuridika kkunsidrata bħala estensjoni ta’ Stat terz – Osservanza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-persuni u l-entitajiet kollha previsti minn miżuri restrittivi – Ammissibbiltà (Artikolu 215(3) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17, 41 u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, premessa 25; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, premessa 26) (ara l-punti 187-189)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba intiża li tikseb dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà għar-rikorrenti tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2012/635, kif ukoll tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

National Iranian Oil Company PTE Ltd (NIOC), National Iranian Oil Company International Affairs Ltd (NIOC International Affairs), Iran Fuel Conservation Organization (IFCO), Karoon Oil & Gas Production Co., Petroleum Engineering & Development Co. (PEDEC), Khazar Exploration and Production Co. (KEPCO), National Iranian Drilling Co. (NIDC), South Zagros Oil & Gas Production Co., Maroun Oil & Gas Co., Masjed-Soleyman Oil & Gas Co. (MOGC), Gachsaran Oil & Gas Co., Aghajari Oil & Gas Production Co. (AOGPC), Arvandan Oil & Gas Co. (AOGC), West Oil & Gas Production Co., East Oil & Gas Production Co. (EOGPC), Iranian Oil Terminals Co. (IOTC) u Pars Special Economic Energy Zone (PSEEZ) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.