Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2024 – KF vs BEI

(Kawża T-222/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KF (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tas-17 ta’ Jannar 2024 li tiċħad l-ilment ta’ fastidju sa fejn jikkonċerna lil B;

tikkundanna lill-BEI jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu morali, stmat għal EUR50 000;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-politika ġdida dwar id-dinjità fuq ix-xogħol u l-ksur tal-kompetenzi rispettivi tal-president u tal-kumitat investigattiv.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-kunċett ta’ fastidju u fuq żbalji ta’ evalwazzjoni.

____________