Language of document : ECLI:EU:C:2013:606





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Alliance One International vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑679/11 P)

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq — Ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet fundamentali — Effett dissważiv — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni — Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa — Ne ultra petita — Dritt ta’ smigħ xieraq”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tikkorrobora l-preżunzjoni b’punti ta’ fatt intiżi li jistabbilixxu l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Assenza ta’ obbligu (Artikolu 101(1) TFUE (ara l-punti 36-41))

2.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 (ara l-punti 50, 51, 82, 83))

3.                     Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikoli 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2) (ara l-punti 52, 53))

4.                     Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170(1) (ara l-punt 60))

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Kriterji għall-evalwazzjoni tal-fattur ta’ dissważjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża ssanzjonata — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) (ara l-punti 73-75))

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Waqfien tal-ksur qabel l-intervent tal-Kummissjoni — Esklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C/03, it-tielet inċiż tal-punt 3 (ara l-punti 80, 81))

7.                     Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Aggravju ineffettiv — Ċaħda (ara l-punti 85, 86)

8.                     Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 36, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81) (ara l-punti 98-102))

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa — Portata (Artikolu 261 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 17, u Nru 1/2003, Artikolu 31 (ara l-punti 104-107, 110))

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, Alliance One International vs Il-Kummissjoni (T-41/05) li tnaqqas il-parti tal-ammont tal-multa imposta fuq Agroexpansión, li għall-ħlas tagħha Alliance One International, Inc. hija responsabbli in solidum ma’ Agroexpansión, u li tiċħad il-kumplament ta’ rikors li għandu bħala suġġett l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)4030, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE (Każ COMP/C.38.238/B.2 – Settur tat-tabakk mhux maħdum fi Spanja), dwar akkordju intiż għall-iffissar tal-prezzijiet imħallsa lill-produtturi u l-kwantitajiet mixtrija għal dawn fis-suq Spanjol tat-tabakk mhux maħdum.

Dispożittiv

1)

L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

2)

Alliance One International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.