Rikors ippreżentat fit-23 ta' April 2010 - Emram vs UASI- Guccio Gucci (G)
(Kawża T-187/10)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Maurice Emram (Marseille, Franza) (rappreżentant: M. Benavï, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrent
l-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI, R 1281/2008-1;
tiċħad l-oppożizzjoni għall-preżentata tat-trade mark G line Nru 2421402, tal-kumpannija Gucci spa.;
konsegwentment tikkundanna lill-UASI għal-ispejjeż;
u lill-kumpannija Gucci spa għall-infiq u l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "G" għal prodotti kklassifikati fil-klassijiet 9, 18 u 25 - Applikazzjoni Nru 2421402
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Guccio Gucci SpA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi Komunitajri u nazzjonali "G" għal prodotti kklassifikati fil-klassijiet 9, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba miċħuda
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8 u 75 tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 8 u 77 tar-Regolament Nru 207/2009), sa fejn il-Bord tal-Appell ma applikax ir-regoli applikabbli b'mod korrett u għamel analiżi qasira ħafna tal-punti mqajma mir-rikorrent.
____________