Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2013 – Rogesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-643/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P. Schütter, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2013 (Każ 2013/1504);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

Talba għal aċċess għad-dokumenti inkwistjoni u l-assenza ta’ raġunijiet għall-esklużjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1

Ir-rikorrenti ssostni, li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1367/2006 2 moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress illi hija għandha dritt għal aċċess għad-dokument li hija talbet u ma jeżistux raġunijiet għar-rifjut ta’ aċċess.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll, li d-dokumenti mitluba ma jinkludux informazzjoni kummerċjali sensittiva fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u li, fi kwalunkwe każ, jeżisti interess pubbliku sinjifikattiv għall-iżvelar ta’ dan id-dokument.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li lanqas ma teżisti raġuni għal rifjut skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress illi l-proċess deċiżjonali invokat mill-Kummissjoni kien diġà ġie konkluż fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. L-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni (2013/448/EU) kienet diġà adottata mill-5 ta’ Settembru 2013.Ir-rikorrenti tilmenta wkoll, li l-Kummissjoni kellha fi kwalunkwe każ tagħti aċċess tal-inqas parzjali, jekk ikun il-każ bit-tħassir tal-elementi ta’ identifikazzjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser għalhekk ukoll l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità skont l-Artikolu 5(4) TUE.Żball ta’ proċeduraIr-rikorrenti ssostni li hemm ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001, peress illi l-Kummissjoni ma inkludietx it-terminu stipulat.

____________

____________

1 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331). Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet