Language of document :

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2022 minn DD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-703/19, DD vs FRA

(Kawża C-130/22 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: DD (rappreżentant: N. Lorenz, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

konsegwentement:

tagħti lill-appellant kumpens għad-dannu mhux materjali sostnut, kif spjegat fid-dettall fir-rikors, stmat ex aequo et bono għal EUR 50 000;

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tal-21 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad l-ilment tal-appellant ippreżentat taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jekk ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tal-24 ta’ Ġunju 2019, li tiċħad l-ilment tal-appellant ippreżentat taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jippreżenta l-aggravji u l-argumenti li ġejjin fir-rigward tas-sentenza appellata:

Żball ta’ liġi, nuqqas li jiġu pprovati l-fatti legali rilevanti, eżami mhux komplet tal-fatti u żnaturament tal-provi fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-fatti.

Żball ta’ liġi, żnaturament tal-provi, motivazzjoni insuffiċjenti, ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-ewwel eċċezzjoni ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, żnaturament tal-provi, eżami legali mhux komplet tal-fatti rilevanti, eżami mhux komplet tal-motiv, raġunament insuffiċjenti fir-rigward tat-tieni motiv ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, eżami mhux komplet tal-motiv u raġunament insuffiċjenti fir-rigward tal-ħames motiv ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, żnaturament tal-provi, eżami mhux komplet tal-fatti fir-rigward tas-sitt motiv ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, eżami mhux komplet tal-motiv, raġunament insuffiċjenti, eċċezzjoni li l-provi użati ma kinux miksuba b’mod legali jew użati fir-rigward tat-tmien kap ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, żnaturament tal-provi, klassifikazzjoni legali żbaljata tal-fatti, raġunament insuffiċjenti fir-rigward tad-disa’ motiv ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, eżami mhux komplet tal-fatti, raġunament insuffiċjenti u ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parti dwar id-danni attwali allegati u rabta kawżali.

____________