Language of document : ECLI:EU:T:2012:437





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012 – Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur)

(Kawża T‑327/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b), Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 19‑21)

3.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Portata – Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punti 31, 32)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 50‑82)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 189/2010‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

V. Fraas GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.