Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Oil Turbo Compressor vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/13)1

(“Rikors għal annullament – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li tixxekkel il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà – Talba għad-danni – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn ir-regolamenti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 359, 7.12.2013.