Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-553/13) 1

(“Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ teknoloġija tal-informatika, ta’ konsulenza, ta’ żvilupp ta’ softwer, tal-internet u ta’ appoġġ – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Mabger u I. Ampazis, avukati)

Konvenuti: Impriża Konġunta Ewropea għal ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: inizjalment H. Jahreiss, R. Hanak, A. Verpont, I. Costin u A. Nagy, sussegwentement R. Hanak, A. Verpont, I. Costin u A. Nagy, aġenti, assisstiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati) SuġġettMinn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, tas-7 ta’ Awwissu 2013, adottata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-ADM-0464 li tikkonċerna s-servizzi ta’ teknoloġiji tal-informatika, ta’ konulenza, ta’ żvilupp ta’ softwer, tal-internet u ta’ appoġġ (ĠU 2012/S 213 - 352451), li tirrifjuta l-offerta ppreżenata minn European Dynamics Luxembourg SA u li tagħti l-kuntratti lil offerenti oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 367, 14.12.2013.