Language of document : ECLI:EU:T:2015:918





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Entreprise commune Fusion for Energy

(Kawża T‑553/13)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ teknoloġija tal-informatika, ta’ konsulenza, ta’ żvilupp ta’ softwer, tal-internet u ta’ appoġġ – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti ta’ kuntratti lil offerenti oħra – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Perijodu ta’ validità tal-offerti – Suġġett – Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li titlob lill-offerenti proroga ta’ validità – Obbligu għall-awtorità kontraenti li tikkonkludi l-evalwazzjoni ta’ offerti qabel id-data ta’ skadenza tal-validità tagħhom – Assenza – Konsegwenzi ta’ evalwazzjoni tardiva (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 130(2)(c), u Nru 1268/2012, Artikolu 138(2)(c)) (ara l-punti 23-27)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu ta’ komunikazzjoni, wara talba bil-miktub, tal-karatteristiċi u tal-vantaġġi dwar l-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent rebbieħ – Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva ddettaljata tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent eskluż – Assenza – Teħid inkunsiderazzjoni, bħala motivazzjoni, tar-risposti ta’ istituzzjoni għat-talbiet ta’ offerent eskluż – Limiti (Artikolu 296 TFUE ; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2) ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161(2)) (ara l-punti 38-42)

1.                     Rikors għal annullament – Rikors dirett kontra deċiżjoni, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, li ma tintgħażilx offerta – Deċiżjoni ta’ aġġudikazzjioni ta’ kuntratt marbuta mill-qrib mad-deċiżjoni ta’ għoti tal-imsemmi kuntratt – Ċaħda tat-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ għoti (ara l-punt 53)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 340(2) TFUE) (ara l-punti 57, 58)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, tas-7 ta’ Awwissu 2013, adottata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-ADM-0464 li tikkonċerna s-servizzi ta’ teknoloġiji tal-informatika, ta’ konulenza, ta’ żvilupp ta’ softwer, tal-internet u ta’ appoġġ (ĠU 2012/S 213 – 352451), li tiċħad l-offerta ppreżenata minn European Dynamics Luxembourg SA u li tagħti l-kuntratti lil offerenti oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.