Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ġunju 2009 - Timmer vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-340/08 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Fatti ġodda u sostanzjali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Marianne Timmer (Saint-Sauves-d'Auvergne, Franza) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Steiner u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008, Timmer vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-123/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Marianne Timmer għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 285, 08.11.2008