Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n° 1 de Pamplona - Spanja) – Wilber López Pastuzano vs Delegación del Gobierno en Navarra

(Kawża C-636/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għat-tul – Direttiva 2003/109/KE – Artikolu 12 – Teħid ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija kontra residenti għat-tul – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi – Kompatibbiltà)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo n°1 de Pamplona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wilber López Pastuzano

Konvenuta: Delegación del Gobierno en Navarra

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif interpretata minn parti mill-qrati ta’ dan l-Istat, ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz residenti għat-tul fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha ta’ tneħħija, irrispettivament min-natura jew mill-modalitajiet ġuridiċi ta’ din il-miżura.

____________

1     ĠU C 46, 13.2.2017.