Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2009 - Il-Kummssjoni vs Atlantic Energy

(Kawża T-182/08)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt ta' għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta' programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari - Nuqqas ta' osservanza tal-kuntratt - Rimbors ta' somom imħallsa bil-quddiem - Tpaċija legali - Proċedura fil-kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u S. Lejeune, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, aġenti, assistiti minn M. Jarvis, barrister)

Konvenuta: Atlantic Energy Ltd (Truro, Cornwall, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex tinkiseb il-kundanna tal-konvenuta għar-rimbors ta' ħlas bil-quddiem min-naħa tal-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT.

Dispożittiv

Atlantic Energy Ltd hija kkundannata sabiex tirrimborsa lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta' EUR 226 010, flimkien mal-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT għall-perijodi inklużi, minn naħa, bejn l-1 ta' Ġunju 1996 u t-28 ta' Frar 2002 u, min-naħa l-oħra, bejn is-16 ta' Lulju 2002 u l-31 ta' Mejju 2008, u mnaqqsa mis-somma ta' EUR 3 610.53, fejn din is-somma finali nnifisha kienet tinkludi l-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali ċċitati iktar 'il fuq mill-1 ta' Ġunju 2008 sal-ħlas komplet tad-dejn.

Atlantic Energy hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 171, 05.07.2008.