Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament ta̓ deċiżjonijiet li jibdlu d-deskrizzjoni tat-tip ta’ xogħol tar-rikorrenti fl-applikazzjoni-sysper 2 u li ma jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST 10 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni għas-sena 2014.

Talbiet tar-rikorrent(i)

Prinċipalment :

tikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tal-Istatut u l-Anness I, kif ukoll miżuri tranżitorji li għandhom x’jaqsmu magħhom;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ April 2014, li jinbidel il-fajl ta’ promozzjoni tar-rikorrenti li jinsab fis-sistema “Sysper 2” bl-iskop li timblokka kull possibilità dwar il-promozzjoni tagħhom;

tannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, notifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST10, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni għas-sena 2014 kif previst mill-Artikolu 45 tal-Istatut.tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.Sussidjarjament :tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ April 2014, li jinbidel il-fajl tar-rikorrenti kontenut fis-sistema “Sysper 2” bl-iskop li timblokka kull possibilità dwar il-promozzjoni tagħhom;tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.tannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, notifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST10, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni għas-sena 2014 kif previst mill-Artikolu 45 tal-Istatut.tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.