Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-599/14 P)1

(Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġlieda kontra t-terroriżmu – Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet – Iffriżar ta’ fondi – Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK – Artikolu 1(4) u (6) – Regolament (KE) Nru 2580/2001 – Artikolu 2(3) – Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi – Kundizzjonijiet – Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi – Deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (rappreżentanti: T. Buruma u A. M. van Eik, avukati), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, C. Crane, J. Kraehling u V. Kaye, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u M. F. Castillo de la Torre, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, F. Fize, D. Colas u B. Fodda, aġenti)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mil-Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE).

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1  ĠU C 89, 16.03.15.