Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Ottubru 2012 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/11) 

("Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att parzjalment kormermattiv u parzjalment informattiv - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Assenza ta' identifikazzjoni tal-aġir kkritikat jew ta' definizzjoni tad-dannu allegat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Assenza ta' prova tad-dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u D. Calciu, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament ta' ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2011, fit-tieni lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas id-danni u, fit-tielet lok, il-kundanna ta' din l-istess istituzzjoni sabiex tippubblika stqarrija.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 290, 01.10.2011.