Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis (il-Greċja) fit30 ta’ Jannar 2024 – HF vs Anexartiti Archi Dimosion Esodon

(Kawża C72/24, Keladis I )1

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HF

Konvenut: Anexartiti Archi Dimosion Esodon

Domandi preliminari

Il-valuri statistiċi msejħa “valuri ta’ limitu” (threshold values) jew “prezzijiet ġusti” (fair prices) – li huma bbażati fuq d-database statistika COMEXT tal-Eurostat u dderivati mis-Sistema ta’ Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS-Anti Fraud Information System) tal-OLAF, li tagħha l-għodda ta’ sorveljanza awtomatizzata (Automated Monitoring Tool-AMT) tikkostitwixxi applikazzjoni, u li huma disponibbli għall-awtoritajiet doganali nazzjonali permezz tas-sistema elettronika speċifika għalihom – jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ aċċessibbiltà għall-operaturi ekonomiċi kollha stabbilita fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad9 ta’ Ġunju 2022, FAWKES ? Id-data li tinsab fihom hija data purament aggregata, fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95  u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad9 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u movimenti jew oġġetti speċifiċi , li kienu fis-seħħ fil-mument tal-fatti kontenzjużi?1

Fil-kuntest ta’ kontroll a posteriori, li matulu kontroll fiżiku tal-merkanzija importata ma jkunx possibbli, l-awtoritajiet doganali nazzjonali jistgħu jużaw dawn il-valuri statistiċi tad-database COMEXT – fl-ipoteżi fejn dawn huma aċċessibbli għal kulħadd u ma fihomx data purament aggregata – biss bl-għan uniku li jiġġustifikaw id-dubji raġonevoli tagħhom dwar jekk il-valur indikat fid-dikjarazzjonijiet doganali jirrappreżentax il-valur ta’ tranżazzjoni, jiġifieri l-ammont effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għal din il-merkanzija, jew jistgħu wkoll jużaw dawn il-valuri statistiċi sabiex jiddeterminaw, abbażi tagħhom, il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija bl-applikazzjoni tal-metodu alternattiv previst fl-Artikolu 30(2)(ċ) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità)  – jew fl-Artikolu 7[4](2)(c) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni)  – imsejjaħ “metodu deduttiv”, jew, jekk ikun il-każ, b’metodu alternattiv ieħor? X’effett għandha l-impossibbiltà li jiġi vverifikat li dawn il-valuri statistiċi jikkonċernaw merkanzija identika jew simili u li kienet is-suġġett ta’ tranżazzjonijiet qrib fiż-żmien, skont l-Artikolu 152(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju  (Regolament ta’ implimentazzjoni) fuq ir-risposta għal din id-domanda?1

Fi kwalunkwe każ, l-użu ta’ dawn il-valuri statistiċi sabiex jiġi ddeterminat il-valur doganali ta’ ċerta merkanzija importata, użu li jwassal għall-applikazzjoni ta’ prezzijiet minimi, huwa konformi mal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar il-valutazzjoni doganali (imsejjaħ ukoll ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal1994), li għalih l-Unjoni Ewropea hija parti, fid-dawl tal-fatt li dan il-ftehim jipprojbixxi espressament l-użu ta’ prezzijiet minimi?

Bħala estensjoni tad-domanda preċedenti, ir-riżerva favur il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim internazzjonali ċċitat iktar ’il fuq dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal1994, li tirriżulta mill-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Regolament Nru 2913/1992) fil-każ fejn jiġi applikat il-metodu “fall back” (metodu ta’ riżerva) ta’ determinazzjoni tal-valur doganali u, b’mod korrispondenti, l-esklużjoni tal-applikazzjoni ta’ valuri minimi, prevista fl-Artikolu 31(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità [iżda li ma hijiex inkluża fid-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 74(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (Regolament Nru 952/2013)], japplikaw biss meta dan il-metodu jiġi applikat, jew jirregolaw il-metodi alternattivi kollha għad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali?

Jekk jirriżulta li, waqt l-importazzjoni, intużat is-simplifikazzjoni permezz ta’ raggruppament ta’ intestaturi tariffarji, prevista fl-Artikolu 81 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (issa l-Artikolu 177 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), jista’ jiġi applikat il-metodu alternattiv previst fl-Artikolu 30(2)(ċ) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità [jew fl-Artikolu 70(2)(c) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni], minkejja l-eteroġeneità tal-merkanzija ddikjarata taħt l-istess kodiċi TARIC fl-istess dikjarazzjoni doganali u l-valur fittizju hekk stabbilit għall-merkanzija li ma taqax taħt dan il-kodiċi?

Fl-aħħar nett, indipendentement mid-domandi preċedenti, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Griega li jindikaw il-persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni huma preċiżi biżżejjed fid-dawl tar-rekwiżiti tad-dritt Ewropew, meta dawn jindikaw bħala persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa l-“allegat proprjetarju tal-merkanzija importata”?

____________

1L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad9 ta’ Ġunju 2022, FAWKES, C187/21, EU:C:2022:458.

1ĠU 2009, L 152, p. 23.

1ĠU 2010, L 37, p. 1.

1ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

1ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.

1ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.