Language of document :

Appell imressaq fit-28 ta' Marzu 2007 minn Jacques Frankin et kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta' Jannar 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-3/06, Jacques Frankin et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/07 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jacques Frankin (Sorée, Il-Belgju) u 482 rikorrenti oħra (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta' Jannar 2007 mogħtija fil-kawża F-3/06, li għandha bħala suġġett prinċipali rikors għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita ta' l-10 ta' Ġunju 2005 li biha l-Kummissjoni ċaħdet lir-rikorrenti l-assistenza skond l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż tal-kawża, spejjeż oħra u drittijiet u tordna lill-Kummissjoni tħallashom.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta' l-appell tagħhom ir-rikorrenti jsostnu li billi ċaħad ir-rikors tagħhom fl-ewwel istanza, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta' dritt waqt l-eżami tal-motivi invokati fl-ewwel istanza bbażati, minn naħa, fuq il-ksur ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal u ta' l-obbligu ta' premura u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta' non-diskiriminazzjoni

____________