Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Marzu 2007 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/07)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla n-nota Nru 175, tal-11 ta' Jannar 2007, tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali - Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda - li tikkonċerna pagamenti mill-Kummissjoni differenti mill-ammonti totali mitluba. Ref. Programm POR Sicilia (N. CCI 1999 IT 161 PO 011);

tannulla n-nota Nru 234, tat-12 ta' Jannar 2007, tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali - Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda - li tikkonċerna pagamenti mill-Kummissjoni differenti mill-ammonti totali mitluba. Ref. Programm POR Sicilia (N. CCI 1999 IT 161 PO 011);

tannulla l-atti kollha konnessi u preliminari, u tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-345/04, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni1.

____________

1 - ĠU C 262 tat-23.10.04, p. 55.