Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Mejju 2008 - Frankin et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/07 P)1

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali u membri tal-persunal temporanju - Pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni - Appell manifestament inammissibbli - Appell manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jacques Frankin (Sorée, il-Belġju) u l-482 uffiċjali u membri tal-persunal temporanju l-oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness tas-sentenza (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Jannar 2007, Frankin et vs Il-Kummissjoni (F-3/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

J. Frankin u l-482 uffiċjali u membri tal-persunal temporanju l-oħra tal-Kummissjoni li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-appell.

____________

1 - ĠU C 117, 26.5.2007.