Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 - Aventis Pharma vs UASI - Nycomed (Prazol)

(Kawża T-95/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PRAZOL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PREZAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aventis Pharma SA (Antony, Franza) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen u sussegwentement Ó. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Nycomed GmbH, li qabel kienet Altana Pharma AG (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ferchland, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Frar 2007 (każ R 302/2005-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Altana Pharma AG u Aventis Pharma SA.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta' Frar 2007 (każ R 302/2005-4) hija annullata.

2)    L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Aventis Pharma SA.

3)    Nycomed GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 117, 26.05.2007.