Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2009 - Telecom Italia Media vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-96/07)1

("Għajnuna mill-Istat - Sussidji għax-xiri ta' dekoders diġitali - Telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Istat Membru, adottata matul il-kawża, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriżi li kkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' rikors għal annullament - Telf tal-interess ġuridiku - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Telecom Italia Media (TI Media) SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Bassan u S. Venturini, avvocati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini, G. Conte u B. Martenczuk, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: Sky Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. González Díaz u D. Gerard, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE tal-24 ta' Jannar 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004), mogħtija mir-Repubblika Taljana fil-forma ta' sussidji għax-xiri ta' dekoders diġitali (ĠU L 147, p.1).

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 117, 29.05.2007