Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Europol
(Kawża F-69/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. D. Dane, avukat)
Konvenut: Europol
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-konvenut li tiċħad it-talba tar-rikorrent kif ukoll l-ilment tiegħu intiż għall-ħlas tas-somom miftehma fil-ftehim bonarju li ntlaħaq bejn il-partijiet barra mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku f’kawża preċedenti.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tas-26 ta’ Mejju 2001 kif ukoll jannulla d-deċiżjoni impliċita li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment tad-9 ta’ Diċembru 2011 intiż kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba iċċitata iktar ’il fuq;
jikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.