Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-2 ta’ Frar 2021 – Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.

(Kawża C-64/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k.

Konvenut: Bank Handlowy w Warszawie S.A.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-kliem u tal-għan tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom 1 , din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tagħti lill-aġent kummerċjali li jaħdem għal rasu dritt assolut għal kummissjoni fuq kuntratt konkluż waqt li kien għadu fis-seħħ kuntratt ta’ aġenzija ma’ terza persuna li huwa kien diġà kiseb bħala klijent fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-istess tip, jew dan l-intitolament jista’ jiġi eskluż fil-kuntratt?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.