Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Frar 2011 - Lux Management vs UASI Zeis Excelsa (KULTE)

(Kawża T-130/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ftehim ta' koeżistenza tat-trade marks u rtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lux Management Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Mas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Zeis Excelsa SpA (Montegranaro, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Jannar 2010 (Każ R 712/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Zeis Excelsa SpA u Lux Management Holding SA.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Lux Management Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 134, 22.05.2010.