Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2022 – XXX vs Helvetia schweizerische Lebensversicherungs-AG

(Kawża C-41/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Erfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX

Konvenut: Helvetia schweizerische Lebensversicherungs-AG

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u dwar l-iffaċilitar tal-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE 1 , l-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE 2 u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/83/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja 3 , moqrija, skont il-każ, flimkien mal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni jew ġurisprudenza nazzjonali li tipprovdi li d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, wara li jkun eżerċita legalment id-dritt ta’ rtirar tiegħu, jiġi impost l-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova għall-finijiet tal-kalkolu tal-vantaġġi misluta mill-kumpannija tal-assigurazzjoni nnifisha? Fil-każ fejn tali impożizzjoni tal-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova tkun ammissibbli, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt ta’ effettività, jeżiġi li d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jibbenefika, bħala korrispettiv, mid-drittijiet għall-informazzjoni kontra l-assiguratur jew faċilitajiet oħra li jippermettulu jinvoka d-drittijiet tiegħu?

Assiguratur li ma pprovda ebda informazzjoni lid-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jew li pprovda biss informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ rtirar tiegħu, huwa prekluż milli jinvoka dekadenza, abbuż ta’ dritt jew skadenza tat-terminu fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw minn tali sitwazzjoni għad-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, bħal b’mod partikolari d-dritt ta’ rtirar?

Assiguratur li ma ttrażmetta ebda informazzjoni lid-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni jew biss informazzjoni inkompleta jew żbaljata dwar il-konsumatur huwa prekluż milli jinvoka dekadenza, abbuż ta’ dritt jew skadenza tat-terminu fir-rigward ta’ drittijiet li jirriżultaw minn tali sitwazzjoni għad-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, bħal b’mod partikolari d-dritt ta’ rtirar?

____________

1 ĠU 1990, L 330, p. 50

1 ĠU 1992, L 360, p. 1.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3