DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
19 ta’ Lulju 2011
Kawża F-31/07 RENV
Françoise Putterie
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Ftehim bonarju – Tħassir tal-kawża”
Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu F. Putterie titlob l-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tagħha li jikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2005, sa fejn dan ir-rapport, u b’mod partikolari t-Titolu 6.5 “Potenzjal”, ma jirrikonoxxix il-potenzjal tagħha li teżerċita funzjonijiet li jaqgħu fil-kategorija B*.
Deċiżjoni: Il-Kawża F-31/07 RENV, Putterie vs Il-Kummissjoni, għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)