Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2012 – ZZ vs EMA

(Kawża F-110/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiża għal klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal awżiljarju f’membru tal-persunal temporanju.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda magħmula mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi l-kuntratti fil-21 ta’ Novembru 20011 fuq it-talba tar-rikorrent intiża għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal awżiljarju f’membru tal-persunal temporanju.

tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.