Language of document : ECLI:EU:T:2009:275





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2009 – Hoo Hing vs UASI – Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)

(Kawża T‑300/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Att li jilqa’ t-talbiet kollha tar-rikorrenti – Inammissibbiltà”

Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża - Persuni li t-talbiet tagħhom ma jintlaqgħux permezz ta’ deċiżjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63(4)) (ara l-punti 30-32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 889/2007‑1), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark figurattiva Golden Elephant Brand għall-prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Komunitarja Nru 241810

Proprjetarja tat-trade mark Komunitarja:

Tresplain Investments Ltd

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Hoo Hing Holdings Ltd

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark figurattiva mhux irreġistrata Golden Elephant użata fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Hoo Hing Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.