Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-20 ta' Settembru 2007 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-177/06)1

(Għajnuna mogħtija mill-Istat - Skema ta' għajnuna - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Eżekuzzjoni - It-tħassir ta' l-iskema ta' għajnuna - Sospensjoni ta' għajnuniet li għadhom ma tħallsux - Irkupru ta' għajnuniet imqiegħda għad-dispożizzjoni - Nuqqas ta' twettiq ta' obbligu - Motivi ta' difiża - Illegalità tad-deċiżjoni - Impossibbiltà assoluta ta' eżekuzzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispagnol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: F. Castillo de la Torret u C. Urraca Caiedes, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jassigura l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2001 dwar sistema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta' Guipúzcoa (Spanja) (C(2002)4448) (ĠU L 77 p. 1), fil-provinċja ta' Álava (Spanja) (C(2001)4475) (ĠU L 17, p. 20) u fil-provinċja ta' Vizcaya (Spanja) (C(2001)4478) (ĠU L 40 p. 11)

Dispożittiv

Billi ma ħax, fit-terminu impost, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 ta' kull waħda mid-deċiżjonijiet:

-    2003/28/KE tal-Kummissjoni, ta' l-20 ta' Diċembru 2001, dwar skema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta' Álava (Spanja);

-    2003/86/KE tal-Kummissjoni, ta' l-20 ta' Diċembru 2001, dwar skema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta' Vizcaya (Spanja);

-    2003/192/KE tal-Kummissjoni, ta' l-20 ta' Diċembru 2001, dwar skema ta' għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta' Guipúzcoa (Spanja),

ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond dawn id-dispożizzjonijiet.

2)    Ir-Renju ta' Spanja huwa ordnat ibati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 143, 17.06.2006