Language of document : ECLI:EU:T:2010:323





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2010 – Cross Czech vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-252/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Is-Sitt Programm Qafas għal Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni – Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 7, 8)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Preżentazzjoni tat-talbiet - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(3)) (ara l-punti 9-16)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Marzu 2010, li tikkonferma l-konklużjonijiet tal-verifika magħmula fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq sottomessi mir-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2005 u t-30 ta’ April 2008 fir-rigward tal-proġetti eMapps.com, CEEC IST NET u Transfer-East.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.