Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 – Cross Czech vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-252/10)

“Rikors għal annullament – Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni – Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ rapport ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti – Natura kuntrattwali u mhux deċiżjonali ta’ din l-ittra – Inammissibbiltà”


1.                     Rikors għal annullament - Rikors li fil-verità jirrigwarda kwistjoni ta’ natura kuntrattwali - Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 38-49)

2.                     Rikors għal annullament - Rikors li fir-verità jirrigwarda kwistjoni ta’ natura kuntrattwali - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors - Esklużjoni (Artikoli 263 TFUE u 272 TFUE) (ara l-punti 61-64)

3.                     Proċedura - Bażi legali ta’ rikors - Għażla li għandha ssir mir-rikorrent u mhux mill-qorti Komunitarja (ara l-punti 63, 64)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Marzu 2010, bir-referenza INFSO-O2/FD/GVC/Isc D (2010) 208676, li tkkonferma l-konklużjonijiet tar-rapport tal-verifika finanzjarja 09-BA74-006 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż magħmula mir-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2005 u t-30 ta’ April 2008 fir-rigward ta’ tliet kuntratti konklużi bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni (2002-2006), u li tinforma lir-rikorrenti dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Cross Czech a.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.