Rikors ippreżentat fit-30 ta' Mejju 2011 - Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI - Promotora Imperial (iHotel)
(Kawża T-277/11)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Koch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Promotora Imperial, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-24 ta' Frar 2011 (Każ R 832/2010-1), b'tali mod li tilqa' l-applikazzjoni prinċipali u tiċħad l-oppożizzjoni (Nru B 1458571). Tordna li l-parti l-oħra tbati l-ispejjeż tal-appell u tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni. Barra minn hekk, tikkonferma d-deċiżjoni;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "iHotel" għal servizzi fil-klassijiet 35, 39, 41, 42 u 43 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6912877
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Promotora Imperial, SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali "i-hotel" għal prodotti u servizzi fil-klassi 16, 41 u 43
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni fost it-trade marks kunfliġġenti. Il-Bord tal-Appell afferma b'mod żbaljat li hemm xebh bejn il-prodotti u s-servizzi kkonċernati kif ukoll bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________