Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 – TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/11)1

(“Għajnuna mill-Istat – Servizz pubbliku tax-xandir – Għajnuna prevista mill-awtoritajiet Franċiżi favur France Télévisions – Sussidju baġitarju annwali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Artikolu 106(2) TFUE – Rabta vinkolanti bejn taxxa u minżura ta’ għajnuna”))

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 (TFI) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. P. Hordies u C. Smits, sussegwentement J. P. Hordiez u J. Vogel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Parti konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, sussegwentement S. Centeno Huerta, sussegwentement N. Díaz Abad, Abogados del Estado); ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Rossi, aġenti); u France Télévisions (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. P. Gunther u A. Giraud, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/140/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 27/09 (ex N 34/B/09) sussidju baġitarju għal France Télévisions li r-Repubblika Franċiża tipprevedi li timplementa favur France Télévisions (ĠU 2011, L 59, p. 44).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Télévision française 1 (TFI) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u France Télévisions.

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1  ĠU C 232, 06.8.2011.