Language of document : ECLI:EU:T:2016:683





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/11)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Zokkor - Miżuri eċċezzjonali - Provvista tas-suq tal-Unjoni - Sena tas-suq 2010/2011 - Dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lil individwi - Ksur suffiċjentement serju - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Argumenti differenti minn dawk tal-parti sostnuta – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u l-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 142(3))

(ara l-punt 31)

2.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Obbligu ta’ konsultazzjoni tal-Parlament fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ atti li jaqgħu taħt il-Politika Agrikola Komuni – Esklużjoni – Awtorità tal-Kummissjoni li tissospendi, skont ir-Regolament Nru 1234/2007, l-applikazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli – Esklużjoni

(Artikolu 37 KE; It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 64(2) u Artikolu 187)

(ara l-punti 35, 36, 39, 45, 46, 51, 52, 54, 55)

3.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi – Inklużjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 58, 60)

4.      Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Miżuri ta’ implimentazzjoni – Miżuri meħuda minħabba disturbi kkawżati minn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji – Sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti

(Artikoli 39 TFUE, 40 TFUE u 43 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 187)

(ara l-punti 67-69, 71)

5.      Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Zokkor – Provvista tas-suq – Trattament differenti tal-produtturi taz-zokkor li ġej mill-pitravi kkoltivati fit-territorju tal-Unjoni u r-raffineriji taz-zokkor mhux maħdum tal-kannamieli importat – Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, premessi 65, 70 u 72 u l-Artikolu 187)

(ara l-punti 94, 95, 98, 100, 104, 105)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Politika Agrikola Komuni – Miżuri ta’ implementazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur Komunitarju – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Natura manifestament inadegwata ta’ miżura meta mqabbla mal-għan mixtieq

(Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 187)

(ara l-punti 117-120)

7.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

(ara l-punti 136, 137)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punt 142, 143)

9.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 156)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba l-fatt, minn naħa, l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011, tat-3 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU 2011, L 60, p. 6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2011, tat-23 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed (ĠU 2011, L 79, p. 8), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011, tat-28 ta’ Marzu 2011, li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU 2011, L 81, p. 8) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (ĠU 2011, L 104, p. 39), u, min-naħa l-oħra, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-provvista taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T & L Sugars Ltd u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mal-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2013, T & L Sugars u Sidul Açúcares/Commission (T-279/11, EU:T:2013:299).

3)

T & L Sugars u Sidul Açúcares huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk li ġew imġarrba mill-Kummissjoni u li huma relatati mal-mertu tar-rikors.

4)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, inklużi dawk relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2013, T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni (T-279/11, EU:T:2013:299).

5)

DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA, RAR – Refinarias de Açùcar Reunidas, SA, SFIR – Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA u SFIR Raffineria di Brindisi SpA kif ukoll il-Comité européen des fabricants de sucre (CEFS) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.